top of page

 

L-Għaqda tal-Kristofri

                                                      Profil

                  L-għan immedjat għall-organizzazzjoni ta’                       ligs tal-Kristofri huwa li għadd ta’ persuni ta’ karattru rispettabbli, serju u tal-galbu, fi spirtu ta’ ilħuq  joħolqu relazzjoni ma’ għadd ta’ tfal u żgħażagħ bil-għan li tinħoloq ħbiberija reċiproka u b’hekk jiġu nkoraġġiti prattiċi umani u nsara tajbin u biex, permezz tal-logħob, meta jiġu espressi prattiċi neġattivi, dawn jistgħu, fil-kwiet u b’fermezza, jiġu ndirizzati.

S  t  o  r  j  a 

 

Il-grupp iltaqa’ l-ewwel darba fil-25 t’April 1993 u kien proprju magħmul minn żgħażagħ fi żmien it-tax, jiġifieri ż-żgħażagħ kienu bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena u din l-ewwel laqgħa saret f’Nru 47 (issa 45), Triq Ninu Cremona, Raħal Ġdid.  Il-ħidma kienet li l-ewwel issir laqgħa ta’ formazzjoni u tkun segwita minn ħarġiet, Birżebbuġa, Għawdex u minn logħob, l-iktar logħob tal-ballun.

L - i s f o n d

 

Biex wieħed jieħu stampa ċara hu mifhum li hu ta’ min wieħed jagħti l-isfond li fih sar dan il-lig.

 

Dan il-grupp ta’ persuna, l-organizzaturi, qiegħed taħt l-isem Komunità għas-Servizz taż-Żgħażagħ (KSŻ) – L-Għaqda tal-Kristofri (Il-Kristofri) li huma żewġ għaqdiet, bl-istess għanijiet imma li għandhom differenza strutturali fundamentali li hi li l-imsieħba fil-KSŻ huma ċelibi fil-waqt li l-imsieħba fil-Kristofri jistgħu l-istat tagħhom ikun x’ikun, għarajjes, ċelibi, miżżewġa;  differenza oħra hi li l-imsieħba fil-KSŻ, meta jkun possibbli, u rġiel għalihom u nisa għalihom, jgħixu f’komunità, jiġifieri taħt saqaf wieħed, dedikati li jgħixu għal dan il-għan fil-waqt li b’mod komunitarju jaħsbu għall-provvediment tal-ħajja ta’ kull jum.  Il-Kristofri jgħixu fi djarhom u jattendu l-laqgħat u l-ħidmiet b’mod regolari.  Biex isir dan ir-rapport iż-żewġ għaqdiet qed jiġu riferuti t-tnejn bħala “Il-Kristofri.”

 

Il-għan ewlieni tal-Kristofri huwa li jistudjaw lil Kristu u t-tagħlim tiegħu kif interpretat b’mod uffiċjali mill-Knisja Kattolika u jfasslu ħajjithom fuqu, u jwasslu Lilu u lilhom lill-oħrajn, għax jemmnu li dak hu l-aħjar mod kif wieħed ikun pożittiv u kostruttiv u li dan ikun ta’ ġid għas-soċjetà ’n ġenerali.  Il-metodi wżati huma ispirati mill-metodi wżati mill-Moviment tal-Kristofri ta’ New York  għalkemm m’hemm l-ebda affiljazzjoni jew relazzjoni strutturali ma’ dan il-moviment;   ukoll, għax dan il-moviment huwa kummissjoni fil-waqt li din hija għaqda bi sħubija li tonqos u tiżdied skond kemm jissieħbu fiha jew jitilqu.

Il-grupp iltaqa’ l-ewwel darba fil-25 t’April 1993 u kien proprju magħmul minn żgħażagħ fi żmien it-tax, jiġifieri ż-żgħażagħ kienu bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena u din l-ewwel laqgħa saret f’Nru 47 (issa 45), Triq Ninu Cremona, Raħal Ġdid.  Il-ħidma kienet li l-ewwel issir laqgħa ta’ formazzjoni u tkun segwita minn ħarġiet, Birżebbuġa, Għawdex u minn logħob, l-iktar logħob tal-ballun.

 

 

Fit-8 ta’ Mejju, 1994 grupp ta’ Kristofri Żgħażagħ fi żjara lill-Mużew tal-Istorja Naturali, Mdina.

 

Mad-dħul tal-millenju 21 bdew jiġu organizzati ligs tal-ballun 5-kull naħa u bdew jiġu avviċinati żgħażagħ li jkollhom iċ-ċirku tagħhom ta’ ħbieb, jiffurmaw tim u b’hekk isir il-lig.  Hekk, għal-lig 2000/2001 għal żgħażagħ taħt il-25 daħlu t-timijiet Għajn Dwieli United, Bumble Bees, Kaenarks, Red Devils u Shadows, li, b’dawk li jilagħbu u r-riservi kien hemm 47 imsieħeb.  Il-lig intrebaħ minn Għajn Dwieli United.

001127 (27 Nov 2000) It-Tim Bumble Bees qabel il-logħba mat-Tim Red Devils.

Lig ieħor intlagħab fis-Sajf 2001 u ħadu sehem fih sitt timijiet li huma Valletta City, Shadows, Bayern Ameed, X. F. Miżża, Mad Junkies u Red Eagles b’total ta’ 53 imsieħeb.

Tim Valletta City

Sar lig fis-sajf 2003 (Ġunju/Lulju) li fih ħadu sehem tmin timijiet li huma Pagun, White Ghosts, Għajn Dwieli United,  ŻAK Żabbar, Cobra, Valletta City, Xejn Sew u Buddies b’total ta’ 80 imsieħeb.

Tim Buddies

  Sar lig ieħor tal-futbol 5-kull-naħa fl-istaġun 2003/4 li fih ħadu sehem sitt timijiet li huma      Cospicua Rangers, Għajn Dwieli United, Paola, Senglea Athletics, Tal-Għalqa u Wanejċ    b’total ta’ 60 imsieħeb.

 030902 (2 Sett       2003) Għajn    Dwieli United    jiċċelebraw ir-  rebħ tal-lig.

2005:  Bidla fl-organizzazzjoni tal-Logħob

Fl-2005 kien hemm bidla fl-organizzazzjoni ta’ logħob b’enfasi fuq il-futbol ta’ żgħażagħ.

 

Iż-żgħażagħ huma meqjusin hekk:  It-tfal, imsejħa Kristoferini, huma dawk sa 12 il-sena.

Dawk bejn it-13 u d-19 il-sena huma żgħażagħ ta’ żmien it-tax, għax tlettax sa dsatax fihom is-suffiss “tax” u huma msejħa Kristofritax.

 

Dawk minn 20 sa 35 huma żgħażagħ u jissejħu Kristofriżgħażagħ.

 

Fejn sa issa bdew jiġu mistiedna żgħażagħ li jkunu hekk imma li s’issa kollha nzertaw li diġa kienu jiffurmaw gruppi fejn liema gruppi ffurmati dawn iż-żgħażagħ kellhom lealtà, l-għaqda bdiet titfa’ d-direzzjoni lejn żgħażagħ bil-għan li dawn proprju jiffurmaw parti mill-għaqda bil-għan li dawn jitilgħu bil-kultura tal-għaqda, bl-għanijiet tal-għaqda u bil-karatteristiċi u l-kariżma tal-Għaqda tal-Kristofri.

 

Għalhekk ġiet avviċinata d-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, preċiżament id-Direttur tal-Operat, fejn kien id-Direttur is-Sur Alfred Mallia.  Dan sar fl-4 ta’ Diċembru, 2004.  Saret laqgħa mas-Sur Mallia fejn intweriet il-ħidma ta’ din l-għaqda kemm ilha mwaqqfa u fit-13 ta’ Jannar 2005 ingħata l-permess li ħabrieka tal-għaqda jżuru l-iskejjel sekondarji tal-Fortini, Raħal Ġdid u l-Verdala biex inkellmu lill-istudenti u nistednuhom jieħdu sehem fil-ħidmiet tal-għaqda.

Ħidmiet oħrajn ....

     barra l-laqgħat

        mat-Tfal u

           ż-Żgħażagħ.

Pari passu mal-ħidma mat-tfal u ż-żgħażagħ kienu qed isiru ħidmiet oħrajn fi ħdan l-għaqda.

K a r t e l l u n i

Fl-1998 bdew jiġu prodotti tlett kartelluni fil-ġimgħa, wieħed mnebbaħ mill-Evanġelju tal-Ħadd, wieħed li jkun kwotazzjoni minn xi ħadd magħruf u wieħed qawl Malti.  Dawn il-kartelluni bdew jitwaħħlu f’postijiet prominenti, fil-knejjes, mal-faċċati tal-knejjes, f’każini tal-banda, tal-futbol, f’għaqdiet volontarji, mħażen tal-armar, għases tal-pulizija, garaxxijiet, wara l-ħġieġ tad-djar tan-nies, kull fejn ikunu jidhru.  Dan beda jsir f’lokalitajiet differenti, f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Fgura, ġo fabrika fil-Qasam Industrijali, Għajnsielem, in-Nadur, ix-Xagħra, ir-Rabat (Għawdex),  fi djar tax-xjuħ u permezz ta’ għadd ta’ kollaboraturi li jirċievu l-kartelluni bl-internet, jistampaw u jwaħħluhom huma f’postijiet fejn jarawhom in-nies.

Eżempji ta' tlett kartelluni li jkunu ħarġu f'ġimgħa partikolari :

Programmi fuq ir-Radju

Fl-2007 beda x-xandir fuq ir-radju, bl-ewwel stazzjoni kien Radju Lauretana ta’ Għajnsielem.  L-ewwel programm inbena fuq il-ħidma tal-produzzjoni tal-kartelluni li kienet ilha sejra għal disa’ snin.  Ittieħdu t-tlett kartelluni, ġew avviċinati persuni li kienu jitkellmu għal seba’ minuti fuq is-suġġetti tal-kartelluni, persuna oħra taqra l-evanġelju tas-suġġett tal-ewwel kartellun u bl-introduzzjonijiet u bl-avviżi nbena programm ta’ 28 minuta.  Dan il-programm kien isir darba fil-ġimgħa.  Minn Radju Lauretana l-produzzjoni ta’ dal-programm infirxet għal stazzjonijiet oħrajn:  Radju Luminarja (Nadur), Radju Kottoner (Bormla), Radju La Salle (Kulleġġ De La Salle), Radju Sacro Cuor (Triq tal-Għajn – Fontana), Radju Bambina (Xagħra), Radju Katidral (Rabat, Għawdex), Radju Leħen il-Belt Victoria (Rabat, Għawdex), Radju Hompesch (Ħaż-Żabbar), Radju Heart (Raħal Ġdid), Radju BKR (Birkirkara).

 

Fl-1 t’Ottubru 2008 beda jiġi mxandar kull jum programm ta’ ftit minuti li għall-ewwel kien jismu “Ħsieb il-Jum,” fil-waqt li mill-2014 beda jismu “Tlett Minuti Kull Jum.”  L-istazzjonijiet t’hawn fuq barra Radju Sacro Cuor u Radju Katidral ixandru dan il-programm u magħhom żdiet Radio City Malta tal-Belt Valletta.  Dawn l-istazzjonijiet ivarjaw f’li jxandru dan il-programm minn darba sa tlett darbiet kull jum.

Ħidma biex jingħata kenn lil min ifittex saqaf.

 

Fil-waqt li kienu għaddejjin dawn il-ħidmiet, il-ħabrieka fi ħdan l-Għaqda tal-Kristofri u l-KSŻ jieħdu sehem attiv fl-għaqda mwaqqfa mill-KSŻ, l-GħOŻM, dik l-għaqda li tipprovdi kenn lil min ikun jinħtieġ saqaf.  Fil-waqt li l-Kristofri ltaqgħu għall-ewwel darba fil-25 t’April, 1993, il-KSŻ ilha mwaqqfa minn Awwissu 1974, meta l-imsieħba offrew li jagħtu l-volontarjat u l-enerġija tagħhom f’għaqda li toffri kenn lil min għal xi raġuni (soċjali, finanzjarja, loġistika, eċċ) ma jkollux fejn joqgħod.  L-għaqda li twaqqfet kienet l-Għaqda Ostelli Żgħażagħ – Malta (jew Malta Youth Hostels Association – MYHA) u l-ewwel ostell offrietu waħda mill-imsieħba, Grace Stone, appartament f’Birżebbuġa (wara l-knisja) li kien fih tnax-il sodda, kamra komuni, kċina, bitħa, banju għall-irġiel u banju għan-nisa.   Wara nfetħu ostelli oħrajn.

Il-Lig tal-2011 fil-Primarji.

 

Kien hemm tħejjija sa mill-2008 biex fl-aħħar sar il-Lig 5-Kull-Naħa fl-Iskejjel Primarji fl-2011.

 

Id-diskussjoni fi ħdan l-għaqda kienet issir fid-dawl ta’ dak li ġarrbet l-għaqda mill-kuntatti li kellha l-għaqda mat-tfal tal-iskejjel sekondarji fl-2005 meta Direttur tal-Operat kien hemm is-Sur Alfred Mallia.  Ingħaraf li l-aħjar żmien li jsir avviċinament lit-tfal għall-indirizzar tajjeb tal-karattru huwa fiż-żmien li t-tfal ikunu fis-Snin Erbgħa, Ħamsa u Sitta tal-Iskejjel Primarji, u wkoll minn hemm fit-tfal kienu qed jinħassu effetti negattivi mit-teknoloġija tal-Informatika, imma deher li dak hu l-iktar kmieni li jista’ jmur għax fis-snin ta’ qabel ikun kmieni wisq.

 

Ġie maħsub li jkunu reklutati msieħba mill-istudenti iktar kbar, bħal ma huma l-istudenti tal-MCAST.  Kien hemm kooperazzjoni sħiħa mid-direzzjoni tal-MCAST u saru diversi taħditiet, ukoll bil-pawerpojnt imma voluntieri kienu waħdiet u min beda ma kompliex.

 

Fl-2009 saru kuntatti mad-Direttur Ġenerali tas-Servizzi Edukattivi.  Dan sar fis-6 ta’ Settembru u laqgħa ġiet iffissata għad-19 ta’ Ottubru.  Wara li ġiet sottomessa l-ħidma tal-għaqda saret it-talba li l-għaqda tmur f’għadd ta’ skejjel primarji, fil-klassijiet tas-Sena 5 u Sena 6 wara l-ħin tal-iskola u, wara li ngħinu lit-tfal jagħmlu x-xogħol tad-dar, norganizzawhom f’timijiet tal-futbol u jsir lig.  Id-Direttriċi Ġenerali, is-Sinjorina Micheline Sciberras, kienet lesta li tagħti l-approvazzjoni tagħha imma riedet żewġ punti ta’ sigurezza:  Punt kien li kull min ikollu kuntatt mat-tfal fl-iskejjel ikollu tlett rakkomandazzjonijiet li jitkellmu fuq il-karattru tiegħu u t-tieni punt hu li jkun assigurat li l-għaqda għandha l-approvazzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għax-xogħol li qed isir minn din l-istess għaqda.

 

Dwar it-tieni punt saru laqgħat mal-Isqof Annetto Depasquale u dan kiteb lura lid-Direttriċi li ilu jaf lill-għaqda għal bosta snin u li din kienet impenjata f’ħidma ta’ fejda fil-komunità tagħna.  Dan sar wara li l-Isqof ikkonsulta u ħa l-parir tal-Uffiċċju tal-Edukazzjoni Reliġjuża, Segretarjat għall-Katekisti.

 

Kull ħabrieki li kien se jkollu kuntatt mat-tfal ħa ħsieb li jkollu tlett rakkomandazzjonijiet u b’hekk, wara li saru kuntatti ma’ għadd ta’ skejjel il-Lig 5-Kull-Naħa seta’ jibda.

 

Il-lig beda fil-11 t’April u spiċċa fis-26 ta’ Mejju.  Ħadu sehem fih seba’ timijiet: Żewġ timijiet minn Ħal Luqa, Ġiżimin u Sardinell;  tim wieħed mill-Marsa, Peprin;  żewġ timijiet minn Raħal Ġdid, Dalji u Ġilji u żewġ timijiet minn Ħal Tarxien, Qronfol u Ward.   It-tim rebbieħ kien it-Tim Kristoferini Ġiżimin ta’ Ħal Luqa.

Is-Sinj. Anna Marija Gilson, rappreżentanta tad-Direttorat      tas-Servizzi Edukattivi mat-Tim Rebbieħ fil-Premjazzjoni.

Il-Lig tal-2012 fil-Primarji.

 

Fl-2012 id-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi ġie avviċinat biex jerġa jsir dak li sar fl-2011 u l-Maniġer tas-Servizzi tas-Sezzjoni tal-Proġetti u Inizjattivi kitbet lil għadd ta’ skejjel u oħrajn prospettivi fis-sens biex jiġi organizzat dan il-lig wara l-ħin tal-Iskola mill-Għaqda tal-Kristofri.

 

It-timijiet li eventwalment ħadu sehem kienu l-Isponsuni u l-Vrieden mill-Ħamrun, l-Ajkli minn Ħal Luqa, il-Pitirrossi mill-Marsa, l-Apparelli u l-Kuċċardi minn Raħal Ġdid u l-Amorini u l-Ġojjini minn Ħal Tarxien.

Sponsuni

Vrieden

Ajkli

Pitirrossi

Apparelli

Kuċċard

Amorini

Ġojjini

   Rebbieħa:  Amorini

Il-Lig tal-2013.

 

Fl-2013 sar b’sejħa miftuħa lil kull min kellu kuntatti mal-Għaqda tal-Kristofri u l-ħbieb li setgħu jġibu magħhom.  Ħadu sehem 27 membru li kienu tal-età tal-iskola sekondarja.

 

B’dawn ġew iffurmati erba’ timijiet:  Gorilli, Iljuni, Panteri u Tigri.

 

Il-logħob sar fil-Grawnd tal-Agostinjani, Ħal Tarxien u l-Grawnd amministrat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura.  Kull tim lagħab 20 logħba u qabel kull logħba kienet issir laqgħa ta’ formazzjoni. 

 

Il-klassifika finali kienet din: 

K  l a s s i f i k a     sa      290414

  L

  R

  D

  T

  F

  K

Pti

  Lq.

Pti

  Lb

Pti

 Totali

  Iljuni

  Panteri

  Tigri

  Gorilli

 16

 20

 01

 03

 105

 35

 58.4

 53

 5.4

 20

 13

 01

 06

 101

 42

 1.8

 47

 48.8

 20

 20

 05

 02

 13

 45

 125

 4.0

 32

 36.0

 03

 02

 15

 37

 95

 3.8

 28

 31.8

L :  Logħob      R :  Rebħ     D :  Dro     T : Telf     F : Gowls Favur     K : Gowls Kontra

        Pti Lq:  Punti Laqgħa     Pti Lb:  Punti Logħob     Pti Totali: Punti Totali

  L

 Tim

  Kristoferini

        Iljuni

Il-Lig tal-2014

 

Fl-2014 l-attenzjoni tal-Għaqda tal-Kristofri ċċentrat fuq is-Sezzjoni ta’ Għawdex tal-Kulleġġ Malti tax-Xjenza u Teknoloġija, l-M.C.A.S.T. hekk kif kienu parti fix-Xewkija u parti x-Xagħra.

 

Ħadu sehem erba’ timijiet.

             Tim taż-                   Tim tal-                 Tim tal-                        Tim tat-

          Żonqor                    Granit                    Irħam                             Tafal

 

 

        Pace Marlon                      Hili Gennaro                Saliba Joel                          Portelli Josef

       Azzopardi Dylan Mark    Parnis Larner              Sultana Richard               Tabone Daniel

       Agius Xavier                      Portelli William           Vella Christian                  Cefai Malcolm

       Bajada David                     Grima Jean                  Cassar Angelo                    Conti Leli

       Borg Andrew                     Mifsud Christian        Portelli Darren                  Saliba Marlon

        Azzopardi Paul

  Tim tal-

      Granit

  Tim tal-

   Irħam

  Tim tat-

      Tafal

  Tim taż-

     Żonqor

R    i   ż   u   l   t   a    t   i

   Timijiet                            Data                                          Skor

 

 

    Żonqor         Granit                140515                                                  04   -    00

    

     Irħam           Tafal                   140515                                                  01   -   08

    

     Żonqor       Irħam                  140515                                                  04   -   01

    

     Żonqor       Tafal                   140522                                                  01   -   05

    

     Granit          Irħam                  140522                                                  02   -   04

    

     Granit          Tafal                   140522                                                  01   -   01

 

 

     Żonqor       Granit                 140529                                                  04   -   03

 

 

     Irħam           Tafal                   140529                                                  06   -   02

 

 

     Żonqor       Irħam                  140529                                                  01   -   02

 

 

     Żonqor       Tafal                   140605                                                  02   -   02

 

 

     Granit          Irħam                  140605                                                  01   -   01

 

 

     Granit          Tafal                   140605                                                  05   -   02

 

 

     Żonqor       Granit                 140612                                                  04   -   02

 

 

     Irħam           Tafal                   140612                                                  w.o. Irħam

 

 

     Żonqor       Irħam                  140612                                                  01   -   02

 

 

     Żonqor       Tafal                   140619                                                  w.o. Żonqor

 

 

     Granit          Irħam                  140619                                                  03   -   00

 

 

     Granit          Tafal                   140619                                                  w.o. Granit

K  l  a  s  s  i  f  i  k  a      s  a      2 9 0 6 1 4

  L

  R

  D

  T

  F

  K

Pti

 Totali

Żonqor

  Granit

  Irħam

    Tafal

  6

  9

  0

  3

  21

 16

  21

  9

  5

  2

  4

  17

 22

  20

  9

  9

  3

  1

  3

 17

  20

  17

  2

  1

  6

 21

 16

 14

L :  Logħob      R :  Rebħ (3 pti)     D :  Dro (2 pti)     T : Telf (1 pt)     F : Gowls Favur     

K : Gowls Kontra         Pti Totali: Punti Totali

L - O g ħ l a    S k u r j a t u r i

Cefai Malcolm

    Saliba Joel

   Pace Marlon

  Mifsud Christian 

Borg Andrew

 12

  Portelli William

  Vella Christian

 10

   7

   7

   6

   6

   6

  L-Ogħla Skurjatur

Andrew Borg

L-Għaqda tal-Kristofri

 

          Lig 5-Kull-Naħa MCAST Għawdex 2014

 

  P r e m j a z z j o n i

     Żonqor

Azzopardi Dylan Mark                                9                                    Tazza u Ċertifikat

Agius Xavier                                                  8                                    Tazza u Ċertifikat

Azzopardi Paul                                             8                                    Tazza u Ċertifikat

Borg Andrew                                                 9                                    Tazza, Trofew u Ċert.

Bajada David                                                8                                    Tazza u Ċertifikat

Pace Marlon                                                  9                                    Tazza u Ċertifikat

     

       Granit

Parnis Larner                                                9                                     Midalja u Ċertifikat

Portelli Christoher                                      1

Portelli William                                             9                                     Midalja u Ċertifikat

Grima Jean                                                     8                                     Midalja u Ċertifikat

Mifsud Christian                                          8                                      Midalja u Ċertifikat

Spiteri Daniel                                                8                                      Midalja u Ċertifikat

 

        Irħam

Sultana Richard                                            2

Cassar Angelo                                                9                                      Midalja u Ċertifikat

Saliba Joel                                                       9                                      Midalja u Ċertifikat

Portelli Darren                                              8                                      Midalja u Ċertifikat

Vella Christian                                               7                                      Midalja u Ċertifikat

Spiteri Daniel                                                 3      

Camenzuli Pierre                                          6                                      Midalja u Ċertifikat

 

         Tafal

Saliba Marlon                                                 4   

Portelli Josef                                                   3  

Cefai Malcolm                                                4

Tabone Daniel                                                4

Conti Leli                                                          1

Buttigieg John                                                 3

 

Hawn kemm kienet l-attendenza għal-logħob.

 

  Il-Premjazzjoni
           saret
     bħala parti
           mill-

 Gradwazzjoni fl-

      M.C.A.S.T.
      Għawdex

  fit-3 ta’ Marzu,

          2015.

Eżempju ta’ ċertifikat :

  

Rebbieħa tal-lig:

     "Tim taż-Żonqor"

   Tazzi,

         Midalji,

      Trofew għall-Ogħla Skurjatur,

                    Ċertifikati

Id-Direttur tal-

          Kampus tal-MCAST Għawdex

               Is-Sur Godwin Grech

  li approva li l-MCAST Għawdex jissieħeb

 mal-Kristofri biex ikun organizzat dan il-lig.

L-udjenza attendenti fis-sala:

  Taħdita tal-okkażżjoni

Preżentazzjoni mis-

       Sur Stephen Cachia

  Is-Sur Cachia jagħlaq

                             l-okkażżjoni

F i n a n z i

          L-ispejjeż kollha biex sar dan il-lig kollha ħarġu mill-ġabriet li jagħmlu l-ħabrieka bejniethom waqt il-laqgħat tagħhom ta’ formazzjoni u amministrazzjoni.

 

          L-ispejjeż ikopru t-tazzi, it-trofew għall-ogħla skurjatur, iċ-ċertifikati, ir-ritratti u biex joħroġ dan ir-rapport.

 

          Kull għajnuna ta’ nkoraġġiment tkun apprezzata imma jkun apprezzat iktar l-għoti ta’ ħin personali f’ħidma volontarja fl-attivitajiet li jagħmlu l-ħabrieka fl-Għaqda tal-Kristofri. 

bottom of page